Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0273

    Kawża T-273/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Bażi legali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni — Ne bis in idem — Libertà ta’ espressjoni — Libertà tal-midja — Libertà professjonali — Moviment liberu — Dritt għall-proprjetà”)

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il-Kunsill

    (Kawża T-273/13) (1)

    ((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni - Ne bis in idem - Libertà ta’ espressjoni - Libertà tal-midja - Libertà professjonali - Moviment liberu - Dritt għall-proprjetà”))

    (2016/C 027/35)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Mohammad Sarafraz (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: inizjalment minn T. Walter, sussegwentement minn J. M. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. L. Iriarte Ángel, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Stiftung Organisation Justice for Iran (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Pulles, sussegwentement minn R. Marx, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/555, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 91), u, is-sitt nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/548 tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Mohammad Sarafraz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


    Top