Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0567

    Kawża C-567/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – UAB LitSpecMet vs UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – UAB LitSpecMet vs UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

    (Kawża C-567/15)

    (2016/C 027/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Vilniaus apygardos teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: UAB LitSpecMet

    Konvenuta: UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

    Parti oħra: UAB Plienmetas

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li:

    ġiet stabbilita minn awtorità kontraenti li teżerċità l-attività tagħha fil-qasam tat-trasport ferrovjarju: ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja pubblika, trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;

    b’mod awtonomu, teżerċità attività kummerċjali, tistabbilixxi l-istrateġija ta’ attività tagħha, tadotta deċiżjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-attività tagħha, (suq ta’ prodotti, segmentazzjoni tal-klijentela, eċċ), tipparteċipa fis-suq kompetittiv fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea u barra mill-Unjoni Ewropea billi toffri servizzi ta’ produzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji, u tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti marbuta ma’ din l-attività sabiex tikseb ordnijiet mingħand terzi (li ma humiex il-kumpannija parent tagħha);

    tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji lill-kumpannija fundatriċi tagħha fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni, bil-valur ta’ dawn is-servizzi jkun jirrappreżenta 90 % tal-attività kollha tagħha;

    is-servizzi pprovduti lill-kumpannija fundatriċi tagħha huma intiżi li jippermettulha teżerċita l-attività tagħha ta’ trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;

    ma għandhiex titqies bħala awtorità kontraenti?

    Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li, fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, kumpannija għandha tikkwalifika bħala awtorità kontraenti, l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-kumpannija titlef l-istatus ta’ awtorità kontraenti meta l-valur tas-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji pprovduti fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni għall-awtorità kontraenti li hija l-fundatriċi tal-kumpannija inkwistjoni tnaqqas u tkun tirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali mid-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża?


    (1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


    Top