This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0498
Case C-498/15: Request for a preliminary ruling from the Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (Hungary) lodged on 22 September 2015 — Spirál-Gép Kft. v Budapest Rendőrfőkapitánya
Kawża C-498/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Spirál-Gép Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya
Kawża C-498/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Spirál-Gép Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Spirál-Gép Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya
(Kawża C-498/15)
(2016/C 027/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Spirál-Gép Kft.
Konvenuta: Budapest Rendőrfőkapitánya
Domandi preliminari
1) |
Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, stabbilit mill-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Eurovignette”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik introdotta mill-Anness 9 tad-Digriet tal-Gvern Nru 410, tad-29 ta’ Diċembru 2007, dwar il-lista ta’ reati tat-traffiku suġġetti għal multi amministrattivi, l-ammonti tal-multi dovuti fil-każ ta’ reati tat-traffiku, is-sistema ta’ impożizzjoni tal-multi u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kontrolli tat-traffiku [a közigazgatási bírsággal sújtandó közlekedési szabályszegések köréről, az e tevékenységekre vonatkozó rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, felhasználásának rendjéről és az ellenőrzésben történő közreműködés feltételeiről szóló 410/2007. (XII. 29.) Korm. Rendelet] (iktar ’il quddiem id-“digriet dwar il-multi”), li timponi l-ħlas ta’ multa b’rata fissa – jiġifieri indipendenti mill-gravità tar-reat – fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar ix-xiri ta’ biljetti għall-użu ta’ triq? |
2) |
Il-multa amministrattiva stabbilita mill-Anness 9 tad-digriet dwar il-multi hija konformi mar-rekwiżit tal-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette li skontu s-sanzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi? |
3) |
Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, minn naħa, sistema ta’ sanzjonijiet li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi r-responsabbiltà oġġettiva tal-awturi tar-reat u, min-naħa l-oħra, ammont tas-sanzjoni kif previst mill-imsemmija sistema? |
(1) Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372).