EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0142

Kawża F-142/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/78


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-142/15)

(2016/C 027/101)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma jilqax t-talba għall-assistenza mressqa mir-rikorrenti u t-talba għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-11 ta’ April 2015 li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrenti tal-11 ta’ Diċembru 2014;

jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Awwissu 2015, li ġiet riċevuta fl-24 ta’ Awwissu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-24 ta’ April 2015;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.


Top