EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0672

Kawża T-672/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/73


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)

(Kawża T-672/15)

(2016/C 027/92)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Malta Cross Foundation International, Inc. (Hallandale Beach, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Pimenta, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Malteser Hilfsdienst e.V. (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Malta Cross International Foundation” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 252 554

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 863/2011-G

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervjenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top