EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0390

Kawża T-390/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Établissement Amra vs UASI (KJ KANGOO JUMPS XR) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KJ Kangoo Jumps XR — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Établissement Amra vs UASI (KJ KANGOO JUMPS XR)

(Kawża T-390/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KJ Kangoo Jumps XR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1511/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal “ta’ pożizzjoni tridimensjonali” KJ Kangoo Jumps XR bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Établissement Amra hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


Top