EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0050

Kawża T-50/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Demp vs UASI (TURBO DRILL) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TURBO DRILL — Raġuni għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Demp vs UASI (TURBO DRILL)

(Kawża T-50/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TURBO DRILL - Raġuni għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1254/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TURBO DRILL bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014


Top