Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0541

Kawża T-541/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni [“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Għajnuna ġdida — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-541/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 027/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Telecom, SA (Barcelona, Spanja) u Retevisión I, SA (Barcelona) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Cases Pallarès, J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, sussegwentement minn L. Cases Pallarès, J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Reverter Baquer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Abertis Telecom, SA u Retevisión I, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


Top