EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0461

Kawża T-461/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Dmir ta’ diliġenza — Terminu raġonevoli — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Sussidjarjetà — Dritt għall-informazzjoni”)

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Dmir ta’ diliġenza - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Sussidjarjetà - Dritt għall-informazzjoni”))

(2016/C 027/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


Top