EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0623

Kawża C-623/15 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ November 2015 minn Toshiba Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-104/13: Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/26


Appell ippreżentat fl-20 ta’ November 2015 minn Toshiba Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-104/13: Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-623/15 P)

(2016/C 027/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corp. (rappreżentanti: J. F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, Rechtsanwalt, J. Jourdan, avukat, A. Kadri, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Każ T-104/13 sa fejn tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li Toshiba hija responsabbli flimkien u in solidum għall-aġir ta’ MTPD;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ COMP/39.437 TV and Computer Monitor Tubes sa fejn huwa deċiż li Toshiba kisret l-Artikolu 101 TFUE u żżomm lil Toshiba responsabbli flimkien u in solidum għall-aġir ta’ MTPD;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom l-appellanti jippreżentaw aggravju wieħed:

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ impriża billi kklassifikat ħażin ċerti elementi bħala li jindikaw li Toshiba kienet f’pożizzjoni li teżerċita, jew effettivament eżerċitat, influwenza deċiżiva fuq MTPD u billi kkonkludiet li s-somma ta’ dawn l-elementi kienet suffiċjenti sabiex issostni l-konklużjoni li Toshiba eżerċitat tali influwenza fuq MTPD.


Top