EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0594

Kawża C-594/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/21


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-594/15 P)

(2016/C 027/25)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

(i)

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba tar-Repubblika Slovakka, imressqa taħt l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jinsab fl-ittra tagħha tal-24 ta’ Settembru 2014, li formalment titlob lir-Repubblika Slovakka tagħmel fondi disponibbli li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tat-talba tar-Repubblika Slovakka u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża;

(iii)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex taqta’ u tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni ta’ inammissibbiltà, ir-Repubblika Slovakka ssostni, sussidjarjament, li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

(i)

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba tar-Repubblika Slovakka, imressqa taħt l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jinsab fl-ittra tagħha tal-24 ta’ Settembru 2014, li formalment titlob lir-Repubblika Slovakka tagħmel fondi disponibbli li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar kemm l-ammissibbiltà tat-talba tar-Repubblika Slovakka kif ukoll dwar il-mertu tal-kawża;

(iii)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Slovakka tressaq żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha:

1.

Fl-ewwel aggravju, ir-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà ta’ atti ġuridiċi dwar riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) il-kriterju tal-kompetenza tal-istituzzjoni fl-evalwazzjoni ta’ jekk l-att ikkontestat setax jiġi kkontestat, u (iii) id-dritt ta’ aċċess għal qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni.

2.

Sussidjarjament, fit-tieni aggravju r-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali tat raġunijiet inadegwati fid-digriet appellat f’dak li jikkonċerna (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbliltà ta’ atti ġuridiċi dwar riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) id-dritt ta’ aċċess għal qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni, li hija kkonfermata mill-fatt li użat (iii) l-istess raġuni għal każijiet li jinvovlu fatti differenti.


Top