EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0593

Kawża C-593/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/20


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/15 P)

(2016/C 027/24)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

(i)

tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors, u

(iii)

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Fil-każ li l-Qorti tikkonkludi li hija ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tieħu deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-Repubblika Slovakka titlob, sussidjarjament, li l-Qorti għandha:

(i)

tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi kemm fuq l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka kif ukoll fuq il-mertu ta’ dan ir-rikors;

(iii)

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha r-Repubblka Slovakka tqajjem żewġ aggravji:

1.

Abbażi tal-ewwel aggravju, ir-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) il-kriterju tal-kompetenza tal-istituzzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk l-att appellat setax jiġi kkontestat, u (iii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni.

2.

Sussidjarjament, abbażi tat-tieni aggravju r-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali ma tatx biżżejjed raġunijiet għad-digriet appellat, għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata u (ii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni, li huma kkonfermati mill-fatt li hija applikat (iii) raġunament identiku f’każijiet li jinvolvu fatti differenti.


Top