EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0581

Kawża C-581/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/15


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-581/15)

(2016/C 027/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li, peress li hija ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u peress li hija ma ħolqitx interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istat Membri l-oħra, ir-Repubblika Ċeka ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tressaq l-argumenti li ġejjin insostenn tar-rikors tagħha:

Fit-30 ta’ Ġunju 2015, data li fiha skada t-terminu stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ir-Repubblika Ċeka kienet għada ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u hija ma kinitx ħolqot interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri oħra, minkejja li hija kellha obbligu tagħmel dan taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1).


(1)  ĠU L 300, p. 1.


Top