Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0579

Kawża C-579/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski

(Kawża C-579/15)

(2016/C 027/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuta: Daniel Adam Popławski

Domandi preliminari

1)

Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa d-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 (1) fid-dritt intern tiegħu b’tali mod li:

l-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-obbligu pur u sempliċi li tirrifjuta l-konsenja ta’ ċittadin jew residenti tal-imsemmi Stat Membru għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza,

dan ir-rifjut għandu, ipso jure, l-effett li l-imsemmi Stat Membru huwa dispost li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja imposta kontra dan iċ-ċittadin jew resident,

iżda li d-deċiżjoni li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza tittieħed biss wara r-rifjut u li deċiżjoni pożittiva tiddependi fuq 1) l-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni li torbot l-Istat Membru emittenti u l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, 2) ir-rekwiżiti imposti f’din il-konvenzjoni, u 3) il-kollaborazzjoni tal-Istat Membru emittenti, permezz ta’, pereżempju, talba għal dan il-għan,

hekk li jeżisti riskju li l-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat ma jistax, wara rifjut ta’ konsenja, jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza, peress li huwa intiż li tali riskju ma jaffettwax l-obbligu li tiġi rrifjutata l-konsenja għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda numru 1:

a)

il-qorti nazzjonali tista’ tapplika direttament id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 anki jekk, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nruo36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżittorji, l-effetti legali tal-imsemmija deċiżjoni qafas għandhom, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jinżammu fis-seħħ sakemm id-deċiżjoni qafas tiġi mħassra, annullata jew emendata u,

b)

f’każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 huwa preċiż biżżejjed u mingħajr kundizzjoni sabiex jiġi applikat mill-qorti nazzjonali?

3)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru li d-dritt intern tiegħu jissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja deċiża f’pajjiż ieħor għall-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni internazzjonali li tirregola din id-domanda jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu billi jinterpreta din id-dispożizzjoni fis-sens li hija tipprovdi hija stess il-bażi legali konvenzjonali meħtieġa, u dan sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ impunità marbut mal-imsemmi rekwiżit ta’ bażi legali konvenzjonali, kif previst fid-dritt intern (ara d-domanda I)?

4)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu b’mod li:

huwa jimponi bħala rekwiżit għal rifjut tal-konsenja ta’ resident li huwa ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkollu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar ksur imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew u li ma jkunx hemm ostakoli fil-prattika (bħar-rifjut tal-Istat Membru emittenti li jittrażmettilu l-proċess kriminali) sabiex tittieħed azzjoni (eventwalment) kontra dan ir-resident fit-territorju tiegħu minħabba f’dan il-ksur,

filwaqt li huwa ma jimponix tali rekwiżit għar-rifjut ta’ konsenja għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri – Dikjarazzjonijiet magħmula minn ċerti Stati Membri dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


Top