EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0562

Kawża C-562/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Carrefour Hypermarchés SAS vs ITM Alimentaire International SASU

ĠU C 27, 25.1.2016, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Carrefour Hypermarchés SAS vs ITM Alimentaire International SASU

(Kawża C-562/15)

(2016/C 027/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carrefour Hypermarchés SAS

Konvenuta: ITM Alimentaire International SASU

Domandi preliminari

1)

Tistabbilixxi jekk l-Artikolu 4(a) u (ċ) tad-Direttiva 2006/114/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1) li jipprovdi li “[i]r-reklamar komparattiv għandu […] jiġi permess fejn […] ma jqarraqx […] jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi” għandux jiġi interpretat fis-sens li paragun tal-prezz ta’ prodotti mibjugħa minn stabbilimenti ta’ distribuzzjoni huwa leġittimu biss jekk il-prodotti jinbiegħu fi ħwienet identiċi f’dak li jirrigwarda l-format u d-daqs tagħhom,

2)

Tistabbilixxi jekk il-fatt li l-ħwienet li l-prezzijiet tagħhom huma pparagunati huma differenti f’dak li jirrigwarda l-format u d-daqs tagħhom jikkostitwixxix tagħrif importanti, fis-sens tad-Direttiva 2005/29/KE (2), li għandu neċessarjament jinġieb għall-attenzjoni tal-konsumatur,

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, tistabbilixxi sa liema grad u/jew b’liema mezz għandu jixxerred dan it-tagħrif lill-konsumatur.


(1)  Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, p. 21).

(2)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).


Top