This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0511
Case C-511/15: Request for a preliminary ruling from the Prekršajni Sud u Bjelovaru (Croatia) lodged on 25 September 2015 — Renata Horžić v Privredna banka Zagreb, Božo Prka
Kawża C-511/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Renata Horžić vs Privredna banka Zagreb Božo Prka
Kawża C-511/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Renata Horžić vs Privredna banka Zagreb Božo Prka
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Renata Horžić vs Privredna banka Zagreb Božo Prka
(Kawża C-511/15)
(2016/C 027/06)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Prekršajni sud u Bjelovaru
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Renata Horžić
Konvenuti: Privredna banka Zagreb, Božo Prka.
Domandi preliminari
1) |
L-applikazzjoni retroattiva tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] tista’ tiġi interpretata u evalwata esklużivament skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, rispettivament tali applikazzjoni tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 (1), li l-paragrafu 1 tiegħu jgħid espressament li din d-direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ kreditu konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva fid-dritt nazzjonali? |
2) |
Fil-kuntest deskritt hawn fuq, id-dispożizzjoni tal-liġi kriminali tal-Artikolu 26(1)(28) tal-Liġi Kroata dwar il-kreditu għall-konsum tista’ tiġi interpretata, konformement mal-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 30 tagħha, fis-sens li l-pieni previsti għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali adottati abbażi tad-direttiva inkwistjoni ma jistgħux jiġu applikati għal ksur eventwali relatat ma’ kuntratti ta’ kreditu eżistenti fid-data tal-implementazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni? |
(1) Direttiva2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).