EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0130

Kawża F-130/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs BĊE

ĠU C 16, 18.1.2016, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/52


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-130/15)

(2016/C 016/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttorat tal-BĊE li ma tagħtix lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għall-2015 fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni annwali tas-salarji u t-talba għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttorat, adottata fl-24 ta’ Frar 2015 u kkomunikata lill-persunal fit-13 ta’ Marzu 2015, li ma tagħtix lir-rikorrent żieda addizzjonali fis-salarju għall-2015;

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tal-10 ta’ Lulju 2014 u li wasslet fl-20 ta’ Lulju 2014;

jekk meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-kap tad-dipartiment kompetenti li la kkunsidra u lanqas ippropona lir-rikorrent għal ASA, ikkomunikata impliċitament permezz tad-deċiżjoni tad-Direttorat tal-24 ta’ Frar 2015 u permezz tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors speċjali tal-10 ta’ Lulju 2015;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali tar-rikorrent li jikkonsisti fit-telf tal-opportunità li jikseb ASA fl-2015 evalwat għal EUR 49 102 jew, alternattivament, l-annullament tal-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2015 u l-organizzazzjoni mill-BĊE ta’ proċedura ġdida fir-rigward tal-għoti taż-żidiet addizzjonali tas-salarju għall-2015;

tordna l-kumpens għad-dannu morali tar-rikorrent evalwat ex aequo et bono EUR 10 000;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż kollha.


Top