Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0082

    Kawża F-82/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni (Uffiċjal pubbliku — Kompetizzjonijiet ġenerali — Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 — Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat — Kunflitt ta’ interessi — Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal — Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità — Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni)

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/47


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-82/14) (1)

    ((Uffiċjal pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali - Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 - Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat - Kunflitt ta’ interessi - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal - Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità - Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni))

    (2015/C 363/56)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Roberto Gioria (Veruno, l-Italja) (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li ma informax lill-Kumitat ta’ Selezzjoni li kien hemm relazzjoni ta’ parentela bejnu u wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    R. Gioria għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż ta’ R. Gioria.


    (1)  ĠU C 388, 3.11.2014, p 32.


    Top