Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52015XG0805(02)

Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad- Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

ĠU C 256, 5.8.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/10


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad- Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 256/09)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tiftix għall-idrokarboni fil-blokok P4 u P7 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245) u s-sezzjoni tal-blokk P8b.

Is-sezzjoni P8b tal-blokk hija delimitata biċ-ċrieki l-kbar bejn il-pari vertiċi

A-B, B-C, C-D, ID-E, E-F, F-G, G-H u A-H.

Il-vertiċi huma ddefiniti kif ġej:

Vertiċi

°

″ E

°

″ N

A

3

19

55,063

52

39

57,154

B

3

39

55,092

52

39

57,167

C

3

39

55,099

52

35

57,160

D

3

34

55,088

52

38

27,161

E

3

34

55,092

52

35

57,156

F

3

39

55,104

52

33

27,155

G

3

39

55,111

52

29

57,149

H

3

19

55,082

52

29

57,135

Il-vertiċi msemmija hawn fuq huma ddefiniti bil-koordinati ġeografiċi tagħhom, ikkalkulati skont is-sistema ETRS89.

Is-sezzjoni P8b tal-blokk tkopri erja ta’ 392,7 km2.

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l- Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok P4 u P7 u t-taqsima tal-blokk P8b tal-blata kontinentali tan-Netherlands.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, kundizzjonijiet u rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti tal-2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jintlaqgħu għal 13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

The Minister for Economic Affairs

Attn.: Ms J.J. van Beek, Energy and Environment Directorate

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb billi ċċempel lis-Sur E.J. Hoppel fuq in-numru: +31 703797762.


Top