Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 62010TA0456

Kawża T-456/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Gravità u tul tal-ksur — Kooperazzjoni — Assenza ta’ applikazzjoni tal-firxa ta’ multi probabbli kkomunikata waqt il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim”)

ĠU C 221, 6.7.2015., str. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità u tul tal-ksur - Kooperazzjoni - Assenza ta’ applikazzjoni tal-firxa ta’ multi probabbli kkomunikata waqt il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim”))

(2015/C 221/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timab Industries (Dinard, Franza) u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (Saint-Malo, Franza) (rappreżentanti: N. Lenoir u M. Truffier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, B. Mongin u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5001 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38866 – Fosfati għall-għalf tal-annimali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Timab Industries kif ukoll Cie financière et de participations Roullier (CFPR) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010


Vrh