Vyberte pokusně zaváděné prvky, které byste chtěli vyzkoušet

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32015D0514(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2015 li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    ĠU C 161, 14.5.2015, s. 2—3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 31/05/2019

    14.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/2


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-11 ta’ Mejju 2015

    li taħtar ħmistax-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

    (2015/C 161/02)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistipula li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

    (2)

    Il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta’ sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat ukoll li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija fl-oqsma ta’ affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali.

    (3)

    It-tul ta’ żmien tal-mandat għandu jkun ta’ erba’ snin. Għandu jkun possibbli li l-mandat jiġġedded darba.

    (4)

    Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2007 (2), il-Kunsill ħatar 27 Membru tal-Bord ta’ Tmexxija.

    (5)

    Il-Membri tal-Bord ta’ Tmexxija maħturin mill-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit inħatru kollha għal perijodu li jispiċċa fil-31 ta’ Mejju 2015. Għalhekk, Membri tal-Bord ta’ Tmexxija minn dawn l-Istati Membri għandhom jiġu nominati u maħturin għal perijodu li jibda fl-1 ta’ Ġunju 2015 u jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Mejju 2019.

    (6)

    Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonijiet mill-Istati Membri kkonċernati kollha,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni segwenti għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għat-tieni mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2019 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

    is-Sur Henrik Søren LARSEN, Daniż, 9 ta’ Diċembru 1961,

    is-Sinjura Aive TELLING, Estonjana, 8 ta’ Mejju 1974,

    is-Sinjura Kassandra DIMITRIOU, Griega, 30 ta’ Ġunju 1957,

    is-Sur Anastassios YIANNAKI, Ċiprijott, 27 ta’ Settembru 1957,

    is-Sinjura Marija TERIOŠINA, Litwana, 4 ta’ Novembru 1952,

    is-Sinjura Liliana Luminiţa TÎRCHILĂ, Rumena, 1 ta’ Frar 1960.

    Artikolu 2

    Il-persuni segwenti għandhom jinħatru Membri tal-Bord ta’ Tmexxija għall-ewwel mandat li jtul mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2019 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

    is-Sinjura Anne-France Marie RIHOUX, Belġjana, 12 ta’ Ġunju 1964,

    is-Sinjura Parvoleta Angelova LULEVA, Bulgara, 11 ta’ Marzu 1966,

    is-Sur Jörg LEBSANFT, Ġermaniż, 31 ta’ Awwissu 1956,

    is-Sinjura Judīte DIPĀNE, Latvjana, 10 ta’ April 1971,

    is-Sur Edward XUEREB, Malti, 26 ta’ Novembru 1963,

    is-Sinjura Lidia Longina WĄSOWICZ, Pollakka, 18 ta’ Awwissu 1953,

    is-Sinjura Ana Lília GOMES MARTINS, Portugiża, 20 ta’ Awwissu 1973,

    is-Sinjura Miroslava BAJANÍKOVÁ, Slovakka, 12 ta’ April 1986,

    is-Sur Keith Anthony Trevor BAILEY, Brittaniku, 2 ta’ Ġunju 1965.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2015.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Jānis DŪKLAVS


    (1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2007 li taħtar 27 membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6).


    Nahoru