EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0035
Case F-35/15: Action brought on 24 February 2015 — ZZ v Commission
Kawża F-35/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-35/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 146, 4.5.2015, p. 52–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/52 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-35/15)
(2015/C 146/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Huglo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għall-għajnuna mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq serq ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-21 ta’ Novembru 2014, riċevuta fit-3 ta’ Diċembru 2014, li ċaħdet l-ilment Nru R/865/14 ippreżentat mir-rikorrent fil-5 ta’ Awwissu 2014; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 17 242,51, jew somma verjuri; |
— |
tikkundanna lil Il-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 3 000 għall-ispejjeż indiviżibbli kif ukoll għall-ispejjeż kollha, jew somma verjuri. |