EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0028

Kawża F-28/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/49


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-28/15)

(2015/C 146/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni finali ta’ trasferiment tad-drittijiet tar-rikorrenti għall-pensjoni fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Ġunju 2014, li tiffissa l-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrenti għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul tagħha fis-servizz tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top