Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0058

    Kawża F-58/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti — Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid — Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    ĠU C 146, 4.5.2015, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 146/47


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-58/13) (1)

    ((Esklużjoni mill-proċedura tar-rappreżentant ta’ parti - Assenza ta’ ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Rikorrent li waqaf iwieġeb għat-talbiet tat-Tribunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

    (2015/C 146/63)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: A., avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex jikseb kumpens għad-danni mġarrba minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lil avukat li ma kienx qiegħed jirrappreżentah u, b’dan il-mod, kisret id-dritt tiegħu għar-rispett tal-ħajja privata.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors F-58/13, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

    2)

    L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU 352, 30.11.2013, p. 26


    Top