Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0027

    Kawża F-27/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – DK vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tas-SEAE — Uffiċjal — Proċedura dixxiplinari — Tneħħija mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni — Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Proċeduri kriminali pendenti — Identiċità tal-fatti ppreżentati lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali)

    ĠU C 146, 4.5.2015, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 146/45


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 – DK vs SEAE

    (Kawża F-27/14) (1)

    ((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjal - Proċedura dixxiplinari - Tneħħija mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċeduri kriminali pendenti - Identiċità tal-fatti ppreżentati lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali))

    (2015/C 146/60)

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: DK (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-pożizzjoni mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni, b’effett mill-1 ta’ Frar 2014, fi tmiem proċedura dixxiplinari mibdija wara li r-rikorrent ġie akkużat mill-awtoritajiet nazzjonali bi frodi fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi Ewropej, falsifikazzjoni ta’ dokumenti u użu ta’ dokumenti ffalsifikati, ħasil tal-flus u korruzzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil DK mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata.

    2)

    Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha sostnuti minn DK.


    (1)  ĠU C 184, 16.06.2014, p. 43.


    Top