This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0118
Case T-118/15: Action brought on 6 March 2015 — Slovenia v Commission
Kawża T-118/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
Kawża T-118/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
ĠU C 146, 4.5.2015, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 146/41 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-118/15)
(2015/C 146/55)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, “državni pravobranilec”, Avukat Ġenerali tal-Istat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notiikata [notifikata] bid-dokument C(2014) 10135) (ĠU L 369, p. 71), sa fejn hija tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja u iktar speċifikament, minħabba l-korrezzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 8 7 00 815,25, adottata wara irregolaritajiet fir-rigward tas-sena 2009, fir-rigward tal-miżura tal-Fond għar-Ristrutturazzjoni taz-Zokkor; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tilqax ir-rikors tar-Repubblika tas-Slovenja, hija titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/950/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont it-Taqsima tal-Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notiikata [notifikata] bid-dokument C(2014) 10135) (ĠU L 369, p. 71), sa fejn hija tikkonċerna r-Repubblika tas-Slovenja u iktar speċifikament, minħabba l-korrezzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 8 7 00 815,25, adottata wara irregolaritajiet fir-rigward tas-sena 2009, fir-rigward tal-miżura tal-Fond għar-Ristrutturazzjoni taz-Zokkor, għal ammont li jeċċedi s-somma ta’ EUR 4 3 50 407,62. |
— |
tordna lil kull parti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tat-TFUE, jew ta’ xi regola tad-dritt relatata mal-applikazzjoni tiegħu, ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, ta’ motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni u ta’ ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju. Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li huwa b’mod żbaljat li l-Kummissjoni kkonstatat li s-silos jitqiesu bħala parti integrali mill-kapaċitajiet ta’ produzzjoni, u li r-rikorrenti għandha għaldaqstant tneħħihom abbażi ta’ programm komprensiv ta’ ristrutturazzjoni. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ nullum cimen sine lege, ta’ kooperazzjoni leali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll tal-prinċipju patere legem quam ipse fecisti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-korrezzjoni finanzjarja kontenzjuża ma kinitx tkun meħtieġa, u li t-tilwima ma kinitx tkun dwar id-deċiżjoni kkontestata: kieku l-Kummissjoni kienet wieġbet il-mistoqsija bil-miktub tar-rikorrenti dwar il-manutenzjoni ta’ kull waħda mill-kostruzzjonijiet li saret qabel it-8 ta’ Awwissu 2008 (data li fiha r-rikorrenti approvat emenda tal-programm ta’ ristrutturazzjoni dwar il-manutenzjoni tas-silos); kieku emendat u ssupplimentat ir-Regolament (KE) Nru 968/2006 (1); kieku, wara li rċeviet il-komunikazzjoni dwar il-modifika tal-programm ta’ ristrutturazzjoni, hija kienet informat lir-rikorrenti dwar l-allegata irregolarità rigward il-manutenzjoni tas-silos, jew kieku kienet informat bil-miktub lill-Istati Membri kollha dwar l-interpretazzjoni tagħha tad-dispożizzjonijiet mhux ċari tal-leġiżlazzjoni rilevanti. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006, tas-27 ta’ Ġunju 2006, li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità)(ĠU L 176, p. 32).