EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0413

Kawża T-413/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – City Cycle Industries vs Il-Kunsill (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija — Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina — Evażjoni — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Artikoli 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Aċċess għall-fajl”)

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – City Cycle Industries vs Il-Kunsill

(Kawża T-413/13) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija - Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Evażjoni - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Artikoli 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Aċċess għall-fajl”))

(2015/C 146/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Cycle Industries (Colombo, is-Sri Lanka) (rappreżentanti: T. Müller Ibold u F. C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet intevenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti); u Maxcom Ltd (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, sa fejn jikkonċerna lil City Cycle Industries, huwa annullat.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ City Cycle Industries kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u Maxcom Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


Top