EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0116

Kawża C-116/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-116/15)

(2015/C 146/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tgħaqqad il-kawża preżenti mal-kawża rreġistrata bin-numru C-14/15 għall-finijiet tal-fażi bil-miktub u tal-fażi orali tal-proċedura u għall-finijiet tas-sentenza;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/911/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2014, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Latvja (1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tiegħu ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE.

Permezz tal-ewwel motiv, il-Parlament iqis li l-Kunsill għamel użu minn bażi legali mhux xierqa sabiex jadotta d-Deċiżjoni 2014/911/UE. Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, il-Parlament jippreżenta żewġ fergħat ta’ raġunament. Il-Parlament b’mod partikolari jsostni li, għad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill kellu jsib bażi legali fost id-dispożizzjonijiet tat-TFUE u li, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill ibbaża ruħu fuq dispożizzjoni illegali għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2014/911/UE. Fil-fatt huwa għamel użu minn bażi legali derivata, li, bħala tali, hija illegali, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Permezz ta’ dan il-motiv, il-Parlament iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità li tirrigwarda l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI (2).

Permezz tat-tieni motiv, il-Parlament jikkritika lill-Kunsill li għamel użu minn proċedura deċiżjonali żbaljata sabiex jadotta l-imsemmija deċiżjoni. Minn dan il-Parlament għaldaqstant iddeduċa ksur tat-trattati kif ukoll ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.


(1)  ĠU L 360, p. 28.

(2)  ĠU L 210, p. 1.


Top