EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0096

Kawża C-96/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nanterre (Franza) fis-26 ta’ Frar 2015 – Saint Louis Sucre SA, suċċessur fit-titolu ta’ Saint Louis Sucre SNC vs Directeur général des douanes et droits indirects

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Nanterre (Franza) fis-26 ta’ Frar 2015 – Saint Louis Sucre SA, suċċessur fit-titolu ta’ Saint Louis Sucre SNC vs Directeur général des douanes et droits indirects

(Kawża C-96/15)

(2015/C 146/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saint Louis Sucre SA, suċċessur fit-titolu ta’ Saint Louis Sucre SNC

Konvenut: Directeur général des douanes et droits indirects

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(2) u (8) tar-Regolament [tal-Kunsill (KE)] Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001 (1), moqri fid-dawl tal-premessi 9 u 11 tiegħu u tas-sentenzi Zuckerfabrik Jülich I u II, u l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju ta’ projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu, ta’ proporzjonalità u ta’ libertà tal-intrapriża, għandhom jiġu interpretati fis-sens li produttur taz-zokkor għandu d-dritt li jiġi rrimborsat il-kontribuzzjonijiet għall-produzzjoni mħallsa għall-kwantitajiet ta’ zokkor taħt kwota li kienu għadhom maħżuna fit-30 ta’ Ġunju 2006, peress li l-iskema ta’ kontribuzzjonijiet għall-produzzjoni ma ġietx imġedda wara din id-data mir-Regolament tal-Kunsill Nru 318/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 (2)?

2)

 

a)

Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għad-domanda preliminari preċedenti, l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet li għandhom jiġu rrimborsati lill-produtturi għandu jkun ibbażat biss fuq it-tunnellaġġ ta’ zokkor li jirriżulta maħżun fit-30 ta’ Ġunju 2006?

b)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preliminari preċedenti, it-tunnellaġġ ta’ zokkor li jservi bħala bażi għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet għandu jkun ibbażat fuq il-varjazzjoni tal-ħażniet Komunitarji ta’ zokkor bejn l-1 ta’ Lulju 2001 u t-30 ta’ Ġunju 2006?

3)

Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni li għandha tiġi rrimborsata jista’ validament jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ħażna ta’ zokkor ikkonstatata b’risposta għat-tieni domanda preliminari permezz tal-medja ponderata tat-“telf medju” kkonstatat waqt l-OKS 2001/2006 jew għandu jiġi kkalkolat b’mod differenti u b’liema mod?

4)

Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv għad-domandi preċedenti, ir-Regolament [(KE)] Nru 164/2007, tad-19 ta’ Frar 2007 li jiffissa, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2005/2006, l-ammonti tal-kontribuzzjonijiet għall-produzzjoni għas-settur taz-zokkor (3) huwa invalidu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1)

(3)  ĠU L 51, p. 17


Top