Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0068

Kawża C-68/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-13 ta’ Frar 2015 – X, parti l-oħra: Ministerraad

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fit-13 ta’ Frar 2015 – X, parti l-oħra: Ministerraad

(Kawża C-68/15)

(2015/C 146/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Ministerraad

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali li fiha:

a)

il-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li għandhom stabbiliment stabbli fil-Belġju huma suġġetti għal taxxa meta jiddeċiedu li jqassmu profitti li ma humiex inklużi fir-riżultat taxxabbli finali tal-kumpannija (kemm jekk il-profitti tal-istabbiliment stabbli fil-Belġju kienu ġew ittrasferiti jew le lejn l-istabbiliment prinċipali), filwaqt li l-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li għandhom sussidjarja fil-Belġju ma humiex suġġetti għal tali taxxa meta jiddeċiedu li jqassmu profitti li ma humiex inklużi fir-riżultat taxxabbli finali, (kemm jekk is-sussidjarja tkun qassmet dividend jew le);

b)

il-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li għandhom stabbiliment stabbli fil-Belġju huma suġġetti għal taxxa f’każ ta’ żamma sħiħa tal-profitti Belġjani, meta jiddeċiedu li jqassmu profitti li ma humiex inklużi fir-riżultat taxxabbli finali tal-kumpannija, filwaqt li l-kumpanniji Belġjani ma humiex suġġetti għal tali taxxa f’każ ta’ żamma sħiħa tal-profitti?

2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (1), tat-30 ta’ Novembru 2011, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, għandu jiġi interpretat li hemm taxxa f’ras il-għajn meta dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tipprevedi li t-tqassim ta’ profitti ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha huwa suġġett għal taxxa, peress li dividendi jitqassmu matul l-istess perijodu taxxabbli u li r-riżultat fiskali jitnaqqas totalment jew parzjalment bit-tnaqqis għal kapital b’riskju u/jew bit-telf fiskali ttrasferit, filwaqt li l-profitti ma humiex taxxabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jekk kienu baqgħu għand is-sussidjarja u ma tqassmux lill-kumpannija parent?

3)

L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema nazzjonali li timponi taxxa fuq it-tqassim ta’ dividendi, jekk din is-sistema għandha bħala konsegwenza li meta dividend riċevut jitqassam minn kumpannija matul sena sussegwenti għal dik li matulha hija stess kienet irċevietu, din hija intaxxata fuq parti mid-dividend li jaqbeż il-limitu previst fl-Artikolu 4(3), iċċitat iktar ’il fuq, tad-direttiva, filwaqt li dan ma huwiex il-każ meta din il-kumpannija tqassam mill-ġdid dividend matul is-sena meta hija tirċevih?


(1)  ĠU L 345, p. 8


Top