Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0305

Kawża C-305/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Satu Mare – ir-Romanija) – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li awtorizzazzjoni minn qabel hija meħtieġa għall-arganizzazzjoni ta’ dimostrazzjoni pubblika — Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Satu Mare – ir-Romanija) – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

(Kawża C-305/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li awtorizzazzjoni minn qabel hija meħtieġa għall-arganizzazzjoni ta’ dimostrazzjoni pubblika - Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2015/C 146/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Satu Mare

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sergiu Lucian Băbășan

Konvenut: Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex manifestament il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2014.


(1)  ĠU C 329, 22.09.2014


Top