Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0538

Kawża C-538/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – eVigilo Ltd vs Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas prie Vidaus reikalų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttivi 89/665/KEE u 2004/18/KE — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza — Rabta tal-offerent magħżul mal-esperti tal-awtorità kontraenti — Obbligu li din ir-rabta tittieħed inkunsiderazzjoni — Oneru tal-prova tal-parzjalità ta’ espert — Assenza ta’ effett ta’ tali parzjalità fuq ir-riżultat finali tal-evalwazzjoni — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Kontestazzjoni tal-kriterji astratti ta’ għoti — Kjarifika ta’ dawn il-kriterji wara l-komunikazzjoni tar-raġunijiet eżawrjenti ta’ għoti tal-kuntratt — Livell ta’ konformità tal-offerti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bħala kriterju ta’ evalwazzjoni)

ĠU C 146, 4.5.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – eVigilo Ltd vs Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas prie Vidaus reikalų ministerijos

(Kawża C-538/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttivi 89/665/KEE u 2004/18/KE - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza - Rabta tal-offerent magħżul mal-esperti tal-awtorità kontraenti - Obbligu li din ir-rabta tittieħed inkunsiderazzjoni - Oneru tal-prova tal-parzjalità ta’ espert - Assenza ta’ effett ta’ tali parzjalità fuq ir-riżultat finali tal-evalwazzjoni - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Kontestazzjoni tal-kriterji astratti ta’ għoti - Kjarifika ta’ dawn il-kriterji wara l-komunikazzjoni tar-raġunijiet eżawrjenti ta’ għoti tal-kuntratt - Livell ta’ konformità tal-offerti mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi bħala kriterju ta’ evalwazzjoni))

(2015/C 146/03)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eVigilo Ltd

Konvenut: Priešgaisrinės apsaugos ir gelbėjimo departamentas prie Vidaus reikalų ministerijos

sostnut minn: “NT Service” UAB, “HNIT-Baltic” UAB

Dispożittiv

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll l-Artikoli 2, 44(1), u 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bħala prinċipju, dawn ma jipprekludux li l-illegalità tal-evalwazzjoni tal-offerti tal-offerenti tiġi kkonstatata mis-sempliċi fatt li l-offerent li ngħata l-kuntratt kellu rabtiet sinjifikattivi ma’ esperti maħtura mill-awtorità kontraenti li evalwat l-offerti. Fi kwalunkwe ipoteżi, l-awtorità kontraenti hija marbuta tivverifika l-eżistenza ta’ kunflitti ta’ interessi possibbli u li tieħu l-miżuri xierqa sabiex tipprevjeni u tindividwa l-kunflitti ta’ interessi u tirrimedja għalihom. Fil-kuntest tal-eżami ta’ rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti minħabba l-parzjalità tal-esperti, ma jistax jintalab li l-offerent eskluż jagħti prova konkreta tal-parzjalità tal-aġir tal-esperti. Bħala prinċipju, huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk u sa fejn l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li parzjalità possibbli tal-esperti kellha jew ma kellhiex impatt fuq deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, kif ukoll l-Artikoli 2, 44(1) u 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jirrikjedu li dritt għal azzjoni legali dwar il-legalità tas-sejħa għal offerti jkun aċċessibbli, wara l-iskadenza tat-terminu previst mid-dritt nazzjonali, għal offerent raġonevolment informat u diliġenti b’mod normali li seta’ jifhem il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti biss fil-mument fejn l-awtorità kontraenti, wara li evalwat l-offerti, ipprovdiet informazzjoni eżawrjenti dwar ir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha. Tali dritt għal azzjoni legali jista’ jiġi eżerċitat sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratt.

2)

L-Artikoli 2 u 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bħala prinċipju, huma jippermettu lil awtorità kontraenti li tqis bħala kriterju ta’ evalwazzjoni tal-offerti mitfugħa mill-offerenti għal kuntratt pubbliku l-livell ta’ konformità tagħhom mar-rekwiżiti li jinsabu fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti.


(1)  ĠU C 9, 11.01.2014.


Top