Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62014CN0609

Kawża C-609/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (Ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

ĠU C 107, 30.3.2015., 18–18. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (Ir-Rumanija) fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Nicolae Ilie Nicula vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-609/14)

(2015/C 107/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicolae Ilie Nicula

Konvenuti: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Intervenjenti: Cristina Lenuta Stoica

Domanda preliminari

L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 17, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ non reformatio in peius li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet bħal dawk tal-OUG Nruo9/2013?


Az oldal tetejére