This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TA0345
Case T-345/12: Judgment of the General Court of 28 January 2015 — Akzo Nobel and Others v Commission (Competition — Administrative proceedings — European market for hydrogen peroxide and perborate — Publication of a decision finding an infringement of Article 81 EC — Rejection of a request for confidential treatment of information provided to the Commission pursuant to its Leniency Notice — Obligation to state reasons — Confidentiality — Professional secrecy — Legitimate expectations)
Kawża T-345/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi” )

ĠU C 89, 16.3.2015, pp. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-345/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))
(2015/C 089/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)
Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Funke, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel, Akzo Chemicals Holding u Eka Chemicals, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Akzo Nobel NV, Akzo Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż. |