EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0142

Kawża F-142/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Eurojust

ĠU C 81, 9.3.2015, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Eurojust

(Kawża F-142/14)

(2015/C 081/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: Ekkehard H. Schulze, avukat)

Konvenuta: Eurojust

Suġġett u deskrizzjoni tat-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għat-tieni fażi tal-proċedura ta’ għażla, fil-kuntest tal-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ konsulent għall-Uffiċċju tal-President ta’ Eurojust.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjonijiet tat-8 ta’ Awwissu 2014 u tal-25 ta’ Settembru 2014;

jordna lill-konvenuta li tammetti li r-rikorrent jipparteċipa iktar fil-proċess ta’ għażla; u

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrent.


Top