Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0793

    Kawża T-793/14: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2014 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 81, 9.3.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/21


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Tempus Energy u Tempus Energy Technology vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-793/14)

    (2015/C 081/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tempus Energy Ltd (Reading, ir-Renju Unit); u Tempus Energy Technology Ltd (Cheltenham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Derenne, J. Blockx, C. Ziegler u M. Kinsella, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

    tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-Każ SA.35980 (2014/N-2) – Ir-Renju Unit, Riforma tas-Suq tal-Elettriku – Suq tal-kapaċità.

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li, billi naqset milli tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE, il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi u wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti. Ir-rikorrenti jsostnu li:

    il-Kummissjoni naqset milli tevalwa b’mod korrett l-irwol potenzjali tal-ġestjoni tad-domanda fis-suq tal-kapaċità tar-Renju Unit;

    ir-restrizzjonijiet relatati mat-tul tal-kuntratti tal-ġestjoni tad-domanda fis-suq tal-kapaċità jiksru l-prinċipji tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nondiskriminazzjoni, u huma bbażati fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti;

    ir-rekwiżit li operaturi tal-ġestjoni tad-domanda jkollhom jagħżlu bejn irkant tas-suq tranżitorju u dak sostenibbli jikser il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ nondiskriminazzjoni;

    il-metodoloġija tal-irkupru tal-ispejjeż tas-suq tal-kapaċità tikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità;

    l-użu ta’ avvenimenti ta’ kapaċità għal żmien indeterminat minflok dawk għal żmien determinat fil-kuntest tal-irkant tas-suq tal-kapaċità sostenibbli jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi;

    ir-rekwiżit ta’ garanzija ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tas-suq tal-kapaċità sabiex jingħata aċċess għall-irkant, jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi; u

    in-nuqqas tas-suq tal-kapaċità li jipprovdi remunerazzjoni addizzjonali fil-każ ta’ tnaqqis tat-telf relatat mat-trażmissjoni jew mad-distribuzzjoni minħabba l-ġestjoni tad-domanda fis-suq jikser il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ aspettattivi leġittimi.

    2.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti fid-deċiżjoni.


    Top