EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0507

Kawża T-507/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Jannar 2015 – SolarWorld et vs Il-Kummissjoni [ “Rikors għal annullament — Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin tagħhom (ċelluli u wejfers) li joriġinaw minn jew li ġejjin miċ-Ċina — Aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedura antidumping — Industrija Komunitarja — Assenza ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” ]

ĠU C 81, 9.3.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – SolarWorld et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-507/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin tagħhom (ċelluli u wejfers) li joriġinaw minn jew li ġejjin miċ-Ċina - Aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedura antidumping - Industrija Komunitarja - Assenza ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2015/C 081/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); Brandoni solare SpA (Castelfidardo, l-Italja); Global Sun Ltd (Tas-Sliema, Malta); Silicio Solar, SAU (Madrid, Spanja); Solaria Energia y Medio Ambiente, SA (Puertollano, Spanja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, T. Maxian Rusche u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE, tat-2 ta’ Awwissu 2013, li taċċetta impenn offrut b’rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, p. 26), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2013, li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU L 325, p. 214).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

SolarWorld AG, Brandoni solare SpA, Global Sun Ltd, Silicio Solar, SAU u Solaria Energia y Medio Ambiente, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


Top