Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62012TB0166

    Kawża T-166/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Jannar 2015 – Bolívar Cerezo vs UASI – Renovalia Energy (RENOVALIA) [ “Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali RENOVALIA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti RENOVA ENERGY u RENOVAENERGY — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” ]

    ĠU C 81, 9.3.2015, p. 18—18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Bolívar Cerezo vs UASI – Renovalia Energy (RENOVALIA)

    (Kawża T-166/12) (1)

    ([“Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali RENOVALIA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti RENOVA ENERGY u RENOVAENERGY - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

    (2015/C 081/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Juan Bolívar Cerezo (Grenade, Spanja) (rappreżentant: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Renovalia Energy, SA (Villarobledo, Spanja) (rappreżentant: A. Velázquez Ibáñez, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Jannar 2012 (Każ R 663/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Renovalia Energy, SA u M. Juan Bolívar Cerezo.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Juan Bolívar Cerezo huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


    Início