EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0172

Kawża T-172/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Jannar 2015 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (AFRICAN SIMBA) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AFRICAN SIMBA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba — Raġuni relattiva għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009” ]

ĠU C 81, 9.3.2015, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 81/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (AFRICAN SIMBA)

(Kawża T-172/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AFRICAN SIMBA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba - Raġuni relattiva għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 081/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2013 (Każ R 157/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Novomatic AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


Top