Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0176

    Kawża T-176/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Jannar 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni” )

    ĠU C 81, 9.3.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill

    (Kawża T-176/12) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

    (2015/C 081/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Bank Tejarat (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla u Z. Burbeza, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Cook, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali, b’effett immedjat, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 22), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 19, p. 1), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU L 208, p. 2).

    Dispożittiv

    1)

    Huma annulati safejn dawn jikkonċernaw lil Bank Tejarat:

    il-punt I B 2 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat-23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    il-punt I B 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    il-punt I B 105 tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010;

    il-punt 5 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012, tat-2 ta’ Awwissu 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2012/35, għandhom jibqgħu inoltrati fir-rigward tal-Bank Tejarat sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 709/2012.

    4)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 174, 16.6.2012.


    Top