Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0420

    Kawżi magħquda T-420/11 u T-56/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Jannar 2015 – Ocean Capital Administration  et vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Awtorità ta’ res judicata — Konsegwenzi ta’ annullament tal-miżuri restrittivi għal entità miżmuma jew ikkontrollata minn entità irrikonoxxuta bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari — Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament” )

    ĠU C 81, 9.3.2015, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 81/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Ocean Capital Administration et vs Il-Kunsill

    (Kawżi magħquda T-420/11 u T-56/12) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Konsegwenzi ta’ annullament tal-miżuri restrittivi għal entità miżmuma jew ikkontrollata minn entità irrikonoxxuta bħala li hija involuta fil-proliferazzjoni nukleari - Aġġustament ratione temporis tal-effetti ta’ annullament”))

    (2015/C 081/15)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ocean Capital Administration GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness tas-sentenza (Kawża T-420/11); IRISL Maritime Training Institute (Téhéran, l-Iran); Kheibar Co. (Téhéran); Kish Shipping Line Manning Co. (Kish Island, l-Iran); IRISL Multimodal Transport Co. (Téhéran) (Kawża T-56/12) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Taher, solicitor, u M. Lester, barrister)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u, fil-Kawża T-420/11, P. Plaza García u, fil-Kawża T-56/12, M.-M. Joséphidès, aġenti)

    Suġġett

    Fil-Kawża T-420/11, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 65), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 26), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, fil-Kawża T-56/12, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament Nru 267/2012, safejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Huma annullati, safejn dawn jikkonċernaw lil Ocean Capital Administration GmbH u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness ta’ din is-sentenza:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/299/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta’ Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

    2)

    Huma annullati, safejn dawn jikkonċernaw lil IRISL Maritime Training Institute, Kheibar Co., Kish Shipping Line Manning Co. u IRISL Multimodal Transport Co.:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

    ir-Regolament Nru 267/2012.

    3)

    L-effetti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni par la décision 2011/299 u bid-Deċiżjoni 2011/783, għandhom jibqgħu inoltrati fir-rigward, minn naħa, ta’ Ocean Capital Administration u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness ta’ din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, ta’ IRISL Maritime Training Institute, Kheibar, Kish Shipping Line Manning u IRISL Multimodal Transport, sad-dħul fis-seħħ tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012.

    4)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn naħa, minn Ocean Capital Administration u l-35 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness ta’ din is-sentenza u, min-naħa l-oħra minn IRISL Maritime Training Institute, Kheibar, Kish Shipping Line Manning et IRISL Multimodal Transport.


    (1)  ĠU C 290, 1.10.2011.


    Top