Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0188

    Kawża T-188/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare) (“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”)

    ĠU C 73, 2.3.2015, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 73/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

    (Kawża T-188/14) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”)

    (2015/C 073/39)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 Jannar 2014 (Każ R 739/2013-5), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GentleCare bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


    Top