EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0498

Kawża C-498/14 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles – il-Belġju) – (Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.) vs (Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.) (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri – Ħtif ta’ minuri – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Artikolu 11(7) u (8)”)

ĠU C 73, 2.3.2015, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d'appel de Bruxelles – il-Belġju) – RG (*1) vs SF (*1)

(Kawża C-498/14 PPU) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ħtif ta’ minuri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 11(7) u (8)”)

(2015/C 073/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RG (*1)

Konvenuta: SF (*1)

Dispożittiv

L-Artikolu 11(7) u (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-prinċipju, li Stat Membru jattribwixxi lil qorti speċjalizzata l-kompetenza biex teżamina l-kwistjonijiet ta’ ritorn jew ta’ kustodja tal-wild fil-kuntest tal-proċedura prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet, anki meta qorti jew tribunal ikollu diġà quddiemu, barra minn hekk, kawża fuq il-mertu relattiva għar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward tal-wild.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 16, 19.01.2015.


Top