This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015H0224(03)
Council Recommendation of 17 February 2015 concerning the discharge to be given to the Commission in respect of the implementation of the operations of the European Development Fund (10th EDF) for the financial year 2013
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 17 ta’ Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013
ĠU C 66, 24.2.2015, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
24.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/3 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2015
dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ) għas-sena finanzjarja 2013
(2015/C 66/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perijodu 2008 sa 2013 b’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Exropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (3) (“il-‘Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (l-għaxar FEŻ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 sa 144 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) dwar is-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali (5),
Billi
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 11(8) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-għaxar FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ matul is-sena finanzjarja 2013 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-għaxar FEŻ għas-sena finanzjarja 2013.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.
(3) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32.
(5) ĠU C 398, 12.11.2014, p. 289.