This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/028/10
Prior notification of a concentration (Case M.7420 — ZF/TRW) Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7420 — ZF/TRW) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7420 — ZF/TRW) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 28, 28.1.2015, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
28.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7420 — ZF/TRW)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 28/10)
|
1. |
Fit-22 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ZF Friedrichshafen AG (“ZF”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ TRW Automotive Holdings Corp. (“TRW”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal ZF: fornitur globali ta’ prodotti għall-applikazzjonijiet awtomottivi u dawk industrijali. In-negozju awtomottiv ta’ ZF jikkonċentra fuq it-teknoloġija tal-powertrain u tax-xażi, — għal TRW: manifattur dinji ta’ komponenti awtomottivi ffukat fuq it-teknoloġiji ta’ sikurezza attiva u passiva. |
|
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7420 — ZF/TRW, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).