Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0697

    Kawża T-697/14: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/59


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – MIP Metro vs UASI – Associated Newspapers (METRO)

    (Kawża T-697/14)

    2014/C 409/80

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Plate u R. Kaase, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associated Newspapers Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 606/2013-5, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-4 ta’ Marzu 2013 dwar l-oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79  116“METRO”, u tibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-eżami u deċiżjoni mill-ġdid;

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali METRO, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38, 39, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 79  116

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali verbali “METRO”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-każ intbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94


    Top