Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0695

    Kawża T-695/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2014 – Omega vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ stampa bl-iswed u bl-abjad)

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/57


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2014 – Omega vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ stampa bl-iswed u bl-abjad)

    (Kawża T-695/14)

    2014/C 409/78

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Omega International GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Becker, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża R 1037/2014-5, u tirreġistra t-trade mark bin-numru ta’ reġistrazzjoni 1 2 1 74  215;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta stampa bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 74  215

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: is-sinjal huwa adattat sabiex il-konsumatur medju interessat jidentifika l-prodott


    Top