Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0687

Kawża T-687/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Settembru 2014 – Novomatic vs UASI– Simba Toys (African SIMBA)

ĠU C 409, 17.11.2014, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 409/55


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2014 – Novomatic vs UASI– Simba Toys (African SIMBA)

(Kawża T-687/14)

2014/C 409/75

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni li r-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta fil-11 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2098/2013-4, b’mod li l-UASI jkollu jiċħad l-oppożizzjoni minħabba nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks u/jew is-sinjali u ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni globali u jammetti r-reġistrazzjoni skont l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo009752271 “African SIMBA”;

tikkundanna lill-UASI u fil-każ ta’ intervent bil-miktub, lill-parti li tagħmel oppożizzjoni, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrenti sostniet fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “African SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo9752 271

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “Simba” kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “SIMBA” għal prodotti fil-klassi 28.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


Top