Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0650

    Kawża T-650/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament ( “Rikors għal annullament — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka — Petizzjoni ddikjarata ammissibbli — Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura — Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/42


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Lomnici vs Il-Parlament

    (Kawża T-650/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew li tikkonċerna l-liġi l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza Slovakka - Petizzjoni ddikjarata ammissibbli - Deċiżjoni ta’ għeluq tal-proċedura - Att li ma jistax ikun is-suġġett ta’ rikors - Inammissibbiltà”))

    2014/C 409/60

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Petizzjonijiet tal-Parlament, tas-17 ta’ Ottubru 2013, li tiddikjara magħluqa l-Petizzjoni Nru 1298/2013.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija miċħuda.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Slovakka u mill-Ungerija

    4)

    Zoltán Lomnici għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament.

    5)

    Ir-Repubblika Slovakka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


    Top