Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0354

    Kawża T-354/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Indikazzjoni ġeografika protetta ‘Kołocz śląski jew Kołacz śląski’  — Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 409, 17.11.2014, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 409/41


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2014 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-354/13) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Indikazzjoni ġeografika protetta ‘Kołocz śląski jew Kołacz śląski’ - Ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

    2014/C 409/59

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u G. von Rintelen, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tat-8 April 2013 tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura u Żvilupp Rurali” tal-Kummissjoni, li tipprovdi t-talba għall-annullament tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tar-rikorrent tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Kołocz śląski” jew “Kołacz śląski” hija inammissibbli.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


    Top